Direttur tal-Infermiera u l-Qwiebel

Carmen D'Amato

MSc in Healthcare Management and Leadership

Direttur għas-Servizzi tal-Infermiera u l-Qwiebel

Carmen D’Amato kisbet il-kwalifika ta’ Staff Nurse fl-1989. Matul il-karriera tagħha, hija eżegwiet id-dmirijiet professjonali tagħha bħala infermiera fil-kura akkuta f’diversi swali kemm fl-Isptar San Luqa kif ukoll fl-Isptar Karen Grech, fosthom fis-sala tal-Ginekoloġija, is-sala tal-Mediċina M6, Disneyland, kif ukoll għaddiet diversi snin fir-‘Relievers Pool’ matul il-lejl. Sussegwentement, ġiet allokata fil-‘Special Care Baby Unit’, fejn żviluppat ħiliet speċjalizzati fil-kura intensiva għat-trabi u t-tfal.
Aktar tard, ħadet rwoli maniġerjali importanti bħala ‘Acting Deputy Charge Nurse’ u ‘Acting Charge’ f’swali oħra tal-pedjatrija, fosthom Fairyland u Paediatric Day Care. Fil-qasam pubbliku, attwalment tokkupa l-grad ta’ Chief Nursing Manager.
Fl-2014, ingħatat ir-responsabbiltà li tmexxi bħala ‘Head of Nurses and Midwives’ fl-entità pubblika Foundation Medical Services, kariga li żammet sal-2017. Minn hemm, kompliet taħdem bħala Direttur tal-Infermiera u Qwiebel fl-Isptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre. F’Diċembru 2024 ġiet appuntata bħala Direttur għas- Servizzi tal-Infermiera u Qwiebel gewwa id-Direttorat għas-Servizzi tal-Infermiera u Qwiebel (NMSD), fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva.
Tul il-karriera tagħha fil-kura akkuta, kompliet it-taħriġ akkademiku tagħha bl-akkwist ta’ diversi kwalifiki, fosthom:
• Level 5 Diploma in Child Psychology (2010)
• Level 5 Diploma in Management (2012)
• Level 6 Diploma in Human Resources (2017)
• Level 6 Award in People Management and Industrial Relations for Public Officers (2019)
• Level 7 MSc in Healthcare Management and Leadership (2022)