Il-Qafas tal-Kompetenza għal Infermiera Senior Staff u Qwiebel Senior jinkorpora kompetenzi ewlenin li huma trasferibbli f’ambjenti ta’ prattika differenti u popolazzjonijiet ta’ klijenti. L-applikanti jridu jindirizzaw u juru evidenza għad-19-il kompetenza kollha.

Erba’ dokumenti ġew żviluppati biex jiggwidaw lill-applikanti fil-proċess inklużi:

1. Qafas tal-Kompetenza tal-Awtovalutazzjoni*

Dan id-dokument fih id-19-il kompetenza li l-applikanti jridu jipprovdu evidenza għalihom.

2. Ktejjeb ta’ informazzjoni

Il-ktejjeb fih id-dettalji kollha meħtieġa dwar il-qafas tal-kompetenzi u l-programm ta’ evalwazzjoni. L-applikanti huma avżati li l-ewwel għandhom jaqraw dan id-dokument biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-għodda tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kompetenzi. Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni ta’ sfond dwar il-qafas ta’ kompetenza u kif għandu jiġi kkompilat. Jinkludi wkoll il-proċess ta’ evalwazzjoni li se jiġi segwit ladarba jiġi sottomess il-qafas.

3. Gwida għall-Evidenza u l-Indikaturi *

Dan id-dokument fih id-19-il kompetenza, flimkien ma’ gwida għall-evidenza u indikaturi għal kull kompetenza. Il-Gwida għall-Evidenza (it-Tieni Kolonna) tirrappreżenta sett ta’ mistoqsijiet li jistgħu jitwieġbu biex jipprovdu evidenza għall-kompetenza rispettiva. L-Indikaturi (it-tielet kolonna) iservu bħala l-istandards li fuqhom il-Bord maħtur jevalwa l-evidenza pprovduta. Għalhekk l-applikanti huma mħeġġa jaqrawhom u jiżguraw li l-evidenza pprovduta tindirizza l-indikaturi.

4. Eżempji maħduma*

Dan id-dokument fih kampjuni ta’ evidenza għal kull kompetenza.

*Jeżistu dokumenti differenti għall-infermiera u l-qwiebel.

Id-dokumenti huma disponibbli biex jitniżżlu fuq il-links ta’ hawn taħt.

Ktejjeb ta’ Informazzjoni

DOKUMENTI GĦAL INFERMIERA

Ktejjeb ta’ Awtovalutazzjoni għal Infermiera
Gwida għal Infermiera għal Evidenza u Indikaturi
Eżempji maħduma għal Infermiera

DOKUMENTI GĦAL QWIEBEL

Ktejjeb ta’ Awtovalutazzjoni għal Qwiebel
Gwida għal Qwiebel għal Evidenza u Indikaturi
Eżempji maħduma għal Qwiebel

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.