Infermiera u Qwiebel jistgħu jiġu impjegati mas-Servizz Pubbliku permezz ta’:

1. Sejħa għall-applikazzjoni għal Reklutaġġ Ġdid

Sejħa għal Infermiera u Qwiebel mill-UE: Kull sena tinħareġ sejħa mill-MFH u l-MFSS għa infermiera u qwiebel li ġejjin minn pajjiżi tal-UE. Il-kundizzjonijiet inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà huma stipulati fis-sejħa rilevanti. Is-sejħa hija miftuħa wkoll għal Studenti Infermiera u Qwiebel tal-aħħar sena li se jkunu qed jikkwalifikaw matul il-perjodu ta’ żmien definit.

L-aħħar Sejħa għal Infermiera
L-aħħar Sejħa għal Qwiebel

Sejħa għall-Infermiera mhux mill-UE: Sejħa miftuħa għal infermiera li mhumiex ċittadini tal-UE li diġà huma reġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel (Malta) tista’ wkoll tinħareġ skont il-ħtiġijiet.

2. Impjieg mill-ġdid/ Proċess ta’ Integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg

Infermiera u Qwiebel li rriżenjaw jew li ġew boarded out u jixtiequ jerġgħu jiġu impjegati jew integrati mill-ġdid fl-impjieg jistgħu japplikaw billi jagħmlu talba bil-miktub lid-Direttur, Taqsima ta’ Riżorsi, Nies u Standards, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’ Kastilja, Valletta.

3. Sejħa għal Infermiera u/jew Qwiebel wara l-Irtirar fuq Bażi Kuntrattwali

L-MFH u l-MFSS joħorġu sejħa lejn l-aħħar tas-sena fejn jistiednu Infermiera u Qwiebel li se jirtiraw is-sena ta’ wara u li huma interessati li jaħdmu bħala infermiera/qwiebel wara li jilħqu l-età tal-irtirar. L-impjieq huwa fuq kuntratt ta’ sena li jiġġedded soġġett għall-approvazzjoni tal-entità rispettiva, skond jekk il-persuna tinstab tajba biex taħdem mit-Taqsima tas-Saħħa Okkupazzjonali u tinstab addattata għax-xogħol minn bord ta’ valutazzjoni.
L-aħħar Sejħa għall-Infermiera